Overblog
Edit post Follow this blog Administration + Create my blog
buzu.over-blog.com

Kollox u fuq Kulħadd

L-iskandlu ta’ Nickie: Tħobb lil żewġha u lill-uliedha aktar mill-poter

Adrian ‘Busuttil’ jagħżel favur l-liberta tal-espressjoni basta jirbaħ il-poter

L-iskandlu ta’ Nickie: Tħobb lil żewġha u lill-uliedha aktar mill-poter

Dil-ġimgħa ddeċidejt li nħuf  wara dak li kien qed jiġri fuq il-fosos għal festi tal-Indipendenza, eżatt sena wara l-ħatra ta’ Delia bħala Kap tal-PN. Iddeċidejt li minn fuq is-sufan nistudja sew x’qed jiġri u mhux naqra dak li naħa jew oħra trid twassal, għax jien inzertajt bħal Nickie (mart Adrian) li għandi moħħ u ma nsegwi lil ħadd ħlief lill-moħħi u lil qalbi. Għax jien ma nagħmilx parti min-nagħaġ ta’ Bendu.

 

Sadattant sploda l-iskandlu ‘KBIR’ ta’ Nickie. Mhux għax għandha xi kont il-Panama jew xi kont ġej mill-prostituzzjoni fl-Ingilterra, iżda għax għażlet li titkellem dak li tħoss, mhux bħala partitarja nazzjonalista, iżda bħala mart Adrian u omm li tħobb il-familja. Skandlu li kważi wassalha biex il-midja ‘moderna’ taħraqha ħajja. Nickie qalet li hi tħobb lil żewġha, lill-uliedha u lil familja aktar mill-poter. BRAVA NICKIE int l-eżempju ta’ kull omm u ta kull mara li tħobb lil żewġha u lil familja u li ma trid taqsamhom ma ħadd. Le lanqas mal-poter. Int wara min tħobb iżda taħsibha b’mod differenti. Għandek dritt u ta min jammirak u kull raġel għandu jkun għajjur li m’għandux mara u omm li tħobb bħalek. Imħabba bla kundizzjoni….Imħabba pura. 

 

U bil-ħaqq insejna ħbieb li anke mart Eddie Fenech Adami, il-mibkija Mary xejn ma kienet kuntenta li tgħix fil-palazz tad-deheb ta’ Ħ’Attard meta żewġha kien President (li wkoll jingħad li ma kinitx ferħana bl-għażla ta’ żewġha) u kienet tagħżel li tmur fit-triq tagħha ta’ B’Kara jew Buġibba titkellem man-nies, mal-ġirien dwar ix-xirjiet tad-dar u l-familja li wkoll tant kienet tħobb u tadura? Dawn huma nisa ta’ min jammirahom li mhux lesti jitilqu ħajjithom għal karriera ta’ żwieġhom u fl-istess waqt dejjem jibqgħu solidali lejn żwieġhom.  

 

Niftakar li l-prim ministru Muscat tela bl-għajta li ‘Tista ma taqbilx magħna iżda Tista taħdem magħna’ u hekk donnu li qed jemmen Adrian biex jasal għal poter.

 

Għax barra lil martu Nickie li ma taqbilx għal kollox mad-deċiżjonijiet tiegħu, għażel li jħalli mużajk ta’ idejat fil-partit tiegħu, anke idejat li m’humiex l-istil ta’ politika li jixtieq hu, basta jkunu kollha magħquda taħt kappa waħda, dik il-kappa li jekk magħqudin tista twaqqa mill-pedestall tal-azzar li bena Joseph li mingħajr tlaqlieq ma tantx nemmen li jista jitwaqqa malajr.

 

Dawk kollha li ma jaqblux mal-ħatra ta’ Delia donnhom li qed jindunaw li biex jistgħu jxommu l-poter iridu bilfors jingħaqdu u kienet f’waqtha meta David Casa sejjaħ lil Delia, Adrian Busuttil għax ried ifisser li jekk l-istili ta’ dawn it-tnejn jingħaqdu jistgħu jerġgħu jibnu l-partit glorjuż. Nispera biss li dak il-partit hu biss imxaqqaq u mhux imfarrak biċċiet. Għax għalkemm Adrian ‘Busuttil’ jidher li fl-aħħar qed jgħaqqad il-gwerriera tiegħu taħt il-maduma, il-poplu għadu qed jgħarrex u jistenna. Il-preżenza fuq il-fosos turi dan biċ-ċar. 

 

Għalkemm wieħed irid isegwi bil-mod għax f’erba snin jistgħi jiġru ħafna affarijiet speċjalment jekk Muscat jiddeċiedi li jinżel waħdu minn fuq il-pedestall għax hawnekk jibdew jintwerew ix-xquq fil-partit l-ieħor u l-PN ikun diġa għatta ix-xquq tiegħu u jkun lest għal kull eventwalita. 

 

Ikun żbaljat min jaħseb li Delia xi ċuċ ħbieb….fil-football tgħallimt ‘Never to underestimate your adversary….be prepared’

 

Share this post
Repost0
To be informed of the latest articles, subscribe:
Comment on this post
M
this is a motherfucking good article, why dont u check mine on kasir online
Reply