Overblog Follow this blog
Edit post Administration Create my blog
buzu.over-blog.com

buzu.over-blog.com

Kollox u fuq Kulħadd

Jistgħu joħdulek is-saċerdozju iżda tħalli lil ħadd jeħodlok l-ispirtu liberu tiegħek

Jistgħu joħdulek is-saċerdozju iżda tħalli lil ħadd jeħodlok l-ispirtu liberu  tiegħek

Ixxukkjajt ruħi meta qrajt li fi żmien meta l-Knisja stess qed tħambaq dwar il-liberta tal-espressjoni u dwar il-qtil makabru ta’ ġurnalista tiċċensura membru tagħha li qatt ma beża jkun voċiferu fl-opinjonijiet tiegħu li jidhru progressivi iżżejjed għal xi wħud.

Patri Mark Montebello ġie ċċensurat milli jagħti l-opinjoni tiegħu fuq ġurnal li hu ta’ tendenza soċjalista. U dan minn Knisja li kellha l-bidu tagħha mit-tagħlim ta’ wieħed mill-akbar soċjalisti fid-dinja, Ġesu Kristu li dejjem qabeż għal ħaddiem, il-fqir u l-aktar dgħajjef. 

Ma naqbilx ma’ dawk l-uħud immexxijin mill-għamad politiku partiġġjan li jħalltu dan il-każ mal-protesti ta’ Fr Joe Borg fuq il-każ ta’ DCG, jew ma’ dawk is-saċerdoti li qed jitkellmu kontra l-iffriżar tal-embrijuni, jew kontra l-Arċisqof għax jitkellem kontra l-korruzzjoni. Iva dawn għandhom dritt ukoll jsemmgħu leħinhom u jkollhom l-liberta tal-kelma u tal-pinna. Iżda anke Patri Mark għandu dritt jitkellem l-opinjoni tiegħu kif iħossha dwar l-IVF (anke jekk personalment ma’ naqbilx mal-iffriżar tal-embrijuni). X’għamel agħar mill-Papa Franġisku li emmen li l-aktar importanti fil-knisja hi l-persuna.

 

L-istorja tal-Knisja hi bażata fuq il-martri tagħha fejn kardinali, isqfijiet u saċerdoti li ma kinux lesti li xi ħadd jgħalqilhom ħalqhom spiċċaw ittorturati u maqtula. U dan mhux fil-bidu tal-kristjaneżmu biss, iżda anke llum f’pajjiżi tal-medju orjent fejn huma l-ħafna saċerdoti, sorijiet u isqfijiet li spiċċaw b’għonqom imħanxar  għax baqgħu jxerrdu dak li jemmnu fih. 

Dan l-aħħar kulmeta l-Papa ħareġ b’xi ideja ġdida ‘l bogħod kif konna nitgħallmu fid-duttrina, ngħidu kemm għandna Papa li qed jibdel il-knisja. Sadattant għax Patri Mark Montebello kiteb kontra dak li temmen il-Knisja Maltija, attakkajna l-liberta tal-kelma. Knisja li tant ssieltet favur il-liberta fid-dinja tispiċċa tagħlaq ħalq membru tagħha li ma jaqbilx ma ċerti idejat li sal-lum kienu tabu għal knisja Maltija?

Jekk jgħġobkom toħorġux bl-iskuża li la darba ma jaqbilx mal-liġijiet tal-knisja għandu jitlaq mill-Knisja, għax dan hu argument bażwi għall-aħħar. Tiftakru li sa ftit snin ilu l-istess kien jingħad kontra d-divorzju, l-omosesswali u x’naf jien?  Tiftakru meta l-Knisja Maltija ma riditx tqarben nies divorzjati?  Sadattant dwar il-persuni li ħadu d-divorzju u persuni omosesswali, il-Papa Franġisku saħaq li l-aktar importanti hija l-persuna. 

Qal li matul il-ħajja, Alla jakkumpanja lill-persuni u l-insara jridu jakkumpanjaw ukoll lil xulxin bi ħniena u jxandru l-messaġġ tal-Kelma ta' Alla. “Il-Knisja hi magħmula mill-poplu ta’ Alla, u għalhekk hi d-dar ta’ kulħadd u mhux Kappella żgħira fejn imorru biss grupp ta’ persuni magħżula.” – diskors tal-Papa. X’qed jagħmel differenti Patri Mark minn dak li qal il-Papa? 

 

Kif nistgħu niġġieldu għal liberta, nwasslu t-tagħlim ta’ Kristu li kien lest li jmut għal dak li kien jemmen, nwasslu l-eżempji tal-qaddisin (l-akbar fosthom, San Pawl) li mietu biex iwasslu dak li emmnu, u nheddu li naqtgħu ras Patri Mark jekk ikompli jitkellem? Kif nistgħu nipprotestaw għal ġurnalista li qatluha għax wasslet dak li kienet temmen fih u imbagħad nagħmlu sarima ma’ Patri li qed iwassal dak li jemmen?

 

Patri Mark tiżbalja jekk tħalli min jintimidak jew jagħmillek sarima, għax jistgħu joħdulek il-ministeru tas-saċerdozju, iżda ħadd ma jista jeħodlok il-liberta tal-ispirtu tiegħek. 

 

 

Share this post

Repost 0
To be informed of the latest articles, subscribe:

Comment on this post

Mario Coleiro 05/24/2018 09:33

Meta jkollok imhabba bla qies ghas-sacerdozzju u l-ministeru li jgorr mieghu, mhux la kemm tghid lil Patri Mark "thallix min jehodlok il-liberta"!! Tista tibqa cert li f'ghazla bejn is-sacerdozzju u l-liberta, Patri Mark jaghzel is-sacerdozzju! Kieku tafu sew kont tifhem x'qed nghid! Iva sfortunatament Patri Mark qieghed b'sarima u ser jibqa hekk sakemm ikun assigurat li l-liberta ta`l-espressjoni li ghandu dritt ghaliha kulhadd, ma`tkunx tfisser li jkun imcahhad mill-ministeru sacerdotali!!